Sagramenti

Magħmudija

baptism

Is-Sagrament tal-Magħmudija jingħata darba fix-xahar, il-Ħadd filgħodu, waqt Quddiesa li tibda fil-11.00a.m. Meta, minħabba xi raġuni, is-Sagrament tal-Magħmudija ma jkunx jista’ jiġi amministrat fil-Quddiesa, il-Magħmudija ssir f’ċelebrazzjoni apposta barra mill-Quddiesa. Biex tarbija tirċievi l-Magħmudija, il-ġenituri jridu jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali u magħhom iġibu ċ-ċertifikat tat-twelid mir-Reġistru…
Aqra aktar

Griżma tal-Isqof

confirmation

Is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof jingħata lit-tfal li jagħlqu ħdax-il sena (tfal li l-iskola jkunu form 2). Fil-parroċċa tagħna, l-Griżma niċċelebrawha bejn l-ewwel Ħadd u t-tielet Ħadd ta’ Novembru f’Quddiesa li tibda fl-10.00a.m.

Qrar

penance

Il-qrar isir fil-knisja, qabel jew wara l-quddies. Min ikun jixtieq appuntament għall-qrar għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali.

Tqarbin

eucharist1

L-Ewwel Tqarbina tingħata lit-tfal ta’ seba’ snin (tfal li l-iskola jkunu year 2) f’wieħed mill-ħdud ta’ Ġunju. It-Tqarbin lill-morda fi djarhom isir matul il-ġimgħa u nhar ta’ ħadd mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u fl-ewwel ġimgħa tax-xahar mill-Kappillan. Min ikun jixtieq jirċievi…
Aqra aktar

Griżma tal-Morda

blessing_of_sick

Is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda jingħata lil min jitolbu skond il-ħtieġa. Min jixtieq jirċievi dan is-Sagrament jista’ jkellem lil xi ħadd mis-saċerdoti jew mill-Ministri Starordinarji tat-Tqarbin. Dak li jkun jista’ wkoll jibgħat jgħarrafna permezz ta’ e-mail jew telefonata.

Żwieġ

marriage

Il-Quddiesa bis-Sagrament taż-Żwieg issir f’dawn il-ħinijiet: matul il-ġimgħa fis-7.00p.m.; is-Sibt filgħaxija fis-7.15p.m.; il-Ħadd filgħodu fil-11.15a.m. u l-Ħadd filgħaxija fis-7.15p.m. Fil-parroċċa tagħna, l-Kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-Żwieġ jibda fl-ewwel jew it-tieni Ħamis t’Ottubru. Il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali u jibdew fis-7.30p.m….
Aqra aktar