Graffiti Navali

Mall-binja tal-knisja instabu għadd ta’ disinji marbuta mal-baħar, mibruxa jew minquxa fil-ġebla. Hi tassew interessanti l-preżenza ta’ dawn il-graffiti marbuta mal-baħar minħabba li l-knisja tagħna tinstab pjuttost ‘l bogħod mill-baħar, Hawn qed nipproponulkom uħud minn dawn il-graffiti b’ tema marittima, kif ukoll l-artiklu “Graffiti Marittimi Maltin” ta’ Joseph Muscat.